Dawn l-aħħar 3 snin ma kinux faċli għal Adam hekk kif matulhom b’mod regolari kellu jieħu t-trattament tal-kimoterapija. Sfortunatament minħabba f’hekk hu ma setax lanqas jattendi l-iskola mal-kumplament ta’ sħabu, kif tant xtaq li jagħmel.
Matul dawn l-aħħar xhur, b’xorti tajba, Adam irnexxielu jtemm it-trattament tiegħu hekk kif daqq il-qanpiena tar-Rainbow Ward fl-isptar Mater Dei.
Fl-aħħar kien wasal il-mument għalih ukoll sabiex jingħaqad ma’ sħabu l-iskola fejn ġie milqugħ miċ-ċapċip u l-ferħ tagħhom.
Fil-Ġimgħa l-Kbira Puttinu se jkunu qed jagħmlu maratona ta’ ġbir ta’ fondi sabiex ikunu jistgħu jiġu megħjuna persuni li jinsabu fl-istess qagħda li kien fiha Adam.
Prosit tassew!
Facebook / Puttinu Cares