"Wara Erba' Xhur… Nerġa' Nsib Posti…" – Ivan Gaffiero Wasal Fejn Xtaq

Il-preżentatur Ivan Gaffiero jidher li wasalt fejn xtaq u rnexxielu jegħleb kull biża’ jew dubju li din il-pandemija setgħet ġabet magħha.

“Wara 4 xhur bla microphone, nerġa’ nsib posti nippreżenta lill-pubbliku”. Fil-fatt nhar il-Ħadd li għadda, Ivan għaqqad lil dawk is-segwaċi kollha li kienu jkunu miegħu fuq il-midja soċjali, u flimkien magħhom organizza BBQ Night li fih sar anke jafhom ftit aħjar.

Ivan jgħid li bis-saħħa ta’ dan l-avveniment saru aktar qishom familja waħda. Beħsiebu jkompli jorganizza aktar okkażjonijiet mas-segwaċi tiegħu fil-ġejjieni! Tassew nammirawk Ivan!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI