Għall-ewwel darba wara 46 sena anzjan irnexxielu jerġa’ jara lil ħuh li kien ilu ma jarah minn meta snin ilu emigra lejn l-Awstralja.
L-anzjan irnexxielu jagħmel dan bis-saħħa tan-neputija tiegħu, il-personalità Maltija-Awstraljana Sarah Woods, li ħadet ħsieb tirranġa għal video call bejn it-tnejn li huma.
F’filmat emozzjonali li tellgħet hi fuq il-midja soċjali tagħha, n-nannu tagħha u ħuh jidhru t-tnejn ħerqana mmens sabiex jerġgħu jaraw lil xulxin wara kważi nofs seklu.
@sarahhwooddd ♬ Scott street x i know the end – micha
TikTok / Sarah Woods