“Wara L-Inċident Li Seħħ Ġimgħa Ilu Fi Triq Kostantinu, F’Birkirkara… It-Triq Għadha Magħluqa” – Kunsill Lokali Birkirkara

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ħabbar li Triq Kostantinu għadha magħluqa, wara incident li seħħ.

Spjegaw, “Il-kunsill lokali ta’ Birkirkara jixtieq jinfurmakom li wara l-inċident li seħħ ġimgħa ilu fi Triq Kostantinu, f’Birkirkara, u wara kuntatt dirett mal-pulizija, qed inwasslu l-informazzjoni li t-triq għadha magħluqa wara li żewġ periti, wieħed mibgħut mill-Gvern u wieħed mill-privat iċċertifikaw periklu ta xi soqfa li jistgħu jċedu u jaqgħu.”

Żiedu jgħidu, “Inkunu qed ninfurmawkom b’xi żviluppi dwar aċċess f’din it-triq fil-jiem li ġejjin.”



Nirringrazzjawhom ta’ dan l-aġġornament u nitolbu li kollox ma jdumx ma jiġi lura għan-normal. Grazzi lill-ħaddiema kollha.





Ritratti:

Facebook / Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI