“Wara L-Iskola Ħafna Mit-Tfal Imorru Jistrieħu Imma Għalija Huwa Ħin It-Terapija” – Iċ-Ċkejkna Jasmine

Fuq il-midja soċjali ċ-ċkejkna Jasmine li ta’ kuljum isservi ta’ ispirazzjoni għal bosta, tkellmet dwar l-isfidi li qed ikollha taffaċja minħabba saħħitha.

Tfisser kif wara l-ħin tal-iskola filwaqt li tfal oħrajn ikunu pronti jmorru d-dar sabiex jistrieħu, hi ma tistax tagħmel dan iżda minflok ikollha tmur għat-terapija.

“Mhux faċli imma naf li dan hu dak li għandi bżonn biex inkun iżjed b’saħħti,” temmet tikteb iċ-ċkejkna f’messaġġ fuq il-midja soċjali.







Ritratti:

Facebook / Jasmine’s Journey

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI