Wara lejl u ġurnata bix-xita nieżla bla waqfien, illum tard wara nofsinhar ħarġet qawsalla mill-isbaħ hekk kif bnazza ftit it-temp.
Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna tellgħet post b’diversi ritratti ta’ din il-qawsalla li ttieħdu minn Jose Zahra, Mary Ellul Farrugia, Redmund Busuttil, Adrian Barbara u Joe Francalanza.
“Ftit tal-mumenti ilu f’diversi bnadi tal-gżejjer Maltin feġġet qawsalla doppja mill-isbaħ li affaxxinat lil bosta segwaċi tal-paġna tagħna,” inkiteb fuq il-paġna.

Facebook/It-Temp Madwarna/Jose Zahra, Mary Ellul Farrugia, Redmund Busuttil, Adrian Barbara, Joe Francalanza.