Wara Li Fieqet Mill-Marda Tal-Kanċer, Corinne Tilħaq Avukat Biex Tgħin FL-Abbozzar Tal-Liġi ‘Id-Dritt Li Tintesa’

Fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Puttinu Cares, ġiet maqsuma l-istorja ammirevoli ta’ Corinne.

“Ta’ tnax-il sena gejt iddijanjostikata b’kanċer u għalkemm it-triq ma kinitx faċli, bil-kura u s-support fieqt,” hi qalet. “Ghal parti mill-kura kelli nitla’ Londra. Dak iż-żmien ma kienx hemm appartamenti ta’ Puttinu għax kienu għadhom jibdew, imma Puttinu xorta waħda krielna appartament.”

“Konna noqgħodu tliet familji Maltin f’appartament wieħed. Kienet diffiċli hafna ssib tikri viċin l-Isptar, iżjed u iżjed meta ma tkunx taf kemm ser idum it-trattament u għalhekk ikollok tikri short-let, li tiġi spiża hafna iżjed. Fil-każ tiegħi fortunatament wara xahrejn kont lesta u nżilt lura Malta biex inkompli t-trattament hawnhekk.”

“Illum għaddew għoxrin sena. Għalkemm ma nistħi xejn ngħid li għaddejt minn din l-esperjenza, anzi ninsab kburija u dejjem grata lejn l-għajnuna kollha li rċevejt speċjalment minn Puttinu Cares, iltqajt ma’ sitwazzjonijiet fejn minkejja li rbaħt il-marda, bqajt nigi kkastigata daqs li kieku m’għaddilix. Dan speċjalment meta mort nieħu life insurance għad-dar. Tkellimt ma’ Puttinu u din il-problema ma kinitx tiegħi biss iżda ta’ kull żgħażugħ/a li fiequ meta kienu zgħar, kibru, għamlu suċċess, u marru biex jixtru post.”

“Jiena gradwajt bħala Avukat u għalhekk ħassejt li stajt ngħin f’din il-biċċa xogħol. Grazzi għal Puttinu sibna anke support mill-Parlament, b’rieda mill-membri kollha, u għint biex abbozzajna liġi – id-Dritt li Tintesa (Right to be Forgotten). Għad fadal xi diskussjonijiet iżda sibna appoġġ anke mill-industriji relatati, u jekk Alla jrid din il-liġi għandha tgħaddi.”

“B’hekk dawk it-tfal kollha li għaddew minn din l-esperjenza jew għadhom għaddejin, jistgħu jagħmlu kuraġġ li din mhix ghal dejjem. Din marda temporanja, tegħlibha u tkompli ħajtek u ssib is-suċċess li tkun xtaqt u ħdimt għalih.”







Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI