“Wara Li Tilfet Lil Binha Ta’ Sentejn, Illum Qed Terġa’ Tgħaddi Mill-Prova Diffiċli Tal-Kanċer Għat-Tieni Darba… Tibqa’ Dejjem Magħna” – Puttinu Cares

Puttinu Cares

Puttinu Cares qasmu storja ta’ persuna li kontinwament tkun hemm ta’ appoġġ għal din il-komunità li tant tieħu ħsieb pazjenti u familjari tagħhom.

“Nitolbu għalik, għażiża Denise. Din il-mara, Denise Spinoche, hija tassew speċjali. Wara li tilfet lil binha ta’ sentejn Thomas, illum qed terġa’ tgħaddi mill-prova diffiċli tal-kanċer għat-tieni darba.”

Il-messaġġ ikompli, “Minkejja kollox, Denise tibqa’ dejjem magħna, tgħin lil Puttinu b’qalb kbira u dejjem bi tbissima. Eżempju sabiħ ta’ kuraġġ, saħħa u mħabba. Inħobbuk Denise.”

Qasmu ritratt ta’ Angele, waħda mill-pilastri fi ħdan Puttinu Cares, flimkien ma’ Denise.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI