"Wasal Iż-Żmien Għal Bidu Ġdid!" – Il-Preżentatriċi Joanna Camilleri B'Avvanz Ieħor Wara 17-il Sena!

Il-preżentatriċi tal-isports Joanna Camilleri għadha kif ħabbret fuq il-profil tagħha avvanz ieħor fil-karriera tagħha. Wara 17-il sena għalliema ġo skola, issa wasal iż-żmien li tmil pass ‘il quddiem. 

“Wasal iż-żmien għal bidu ġdid! Wara 17-il sena ngħallem f’Birkirkara, għadni kif irċevejt transfer għan-National Sport School… grazzi lill-għalliema, SMTs u l-istaff inġenerali kemm ta’ qabel u kif ukoll ta’ issa, li kienu hemm tul dan il-vjaġġ inkredibbli speċjalment meta kont atleta jiena stess…” Joanna tgħid lill-kollegi kollha tagħha li ser tkun qed tħoss in-nuqqas tagħhom wara din il-bidla.

“Ninsab eċitata immens biex nibda naħdem mal-atleti futuri żgħar tagħna!” F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha kull suċċess!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI