"Wasal Iż-Żmien Biex Il-Korp Tal-Pulizija Jaġġorna L-Proċeduri Tiegħu" – Il-Ministru Byron Camilleri

Il-Ministru Byron Camilleri qasam żewġ ritratt ta’ żewġ pulizija, wieħed minnhom naraw pulizija bit-tpinġija u ieħor bil-leħja filwaqt li l-ieħor naraw il-pulizija bla ebda tpinġija u bil-leħja mqaxxra. Hu jitkellem dwar il-fatt li wasal iż-żmien għall-bidla.

Hu jgħid, “Bit-trasformazzjoni strateġika fil-Korp tal-Pulizija qed inwettqu bidla pożittiva biex ikollna din il-forza iżjed moderna u inklussiva, filwaqt li tkun aktar rappreżentattiva tas-soċjetà. Għalhekk nemmen ukoll li issa jeħtieġ li nagħmlu bidla oħra fil-mentalità.”

Il-Ministru jżid, “Nemmen li wasal iż-żmien biex il-Korp tal-Pulizija jaġġorna l-proċeduri tiegħu, bħal ma għamilna f’ċirkostanzi oħra, dwar reklutaġġ ta’ persuni li għandhom tattoos. Dan bil-għan li ma jintilfux iżjed talenti sempliċiment għax persuna għażlet li jkollha tattoo. Dan għandu jsir b’linji gwida ċari.”

X’taħsbu dwar dan?





Facebook / Byron Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI