“Weħilt Ċitazzjoni Għax Kont Bla Maskra… Il-Warden Li Weħħilhieli Kien Bla Maskra Wkoll!”

Raġel tkellem ma’ Gwida.mt fejn qal li hu weħel ċitazzjoni talli kien bla maskra filwaqt li l-warden li weħħilhielu kien bla maskra wkoll! Ara x’qalilna eżatt.

“Jien illum weħilt ċitazzjoni għax kont bla maskra u ħriġt sa metru quddiem il-garaxx inġib biro mill-karozza. Il-warden li ġie jweħħilhieli pparkja l-mutur in-naha l-oħra tat-triq u tani ċitazzjoni. Sadanittant hu kien qiegħed bla maskra. Kif ġbidtlu l-attenzjoni li hu kien qiegħed bla maskra qalli ‘Jien għax għadni nieżel mill-mutur!’”



warden



Ir-raġel kompla jgħid lil Gwida.mt: “Jien nammetti li żbaljajt… M’għandi l-ebda problema nħallas iċ-ċitazzjoni, però il-liġi qiegħda hemm għal kulħadd. U dan suppost uffiċjal tal-komunità u jagħti eżempju.”

X’taħseb dwar dan l-inċident? X’kont tagħmel kieku dan ġara lilek? Iktbilna fil-kummenti.

Times of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI