Skond stħarriġ li ħareġ mill-Fonazzjoni għat-Tisħiħ tas-Soċjetà juri li wieħed jew waħda minn kull tliet itfal jirċievu messaġġ abbużivi online. Skond ġurnal tat-TVM, kwart ta’ dawn it-tfal għandhom bejn 7 u 13-il sena fejn l-aktar messaġġi komuni li jirċievu huma messaġġi ta’ natura ta’ abbuż sesswali. Dan fost kummenti ta’ tgħajjir fiżiku u psikoloġiku.
F’dan l-istudju ħareġ ukoll li 11% tat-tfal li għandhom bejn 11 u 13-il sena jqattgħu aktar minn 6 sigħat online. 18% tat-tfal li għandhom bejn is-7 u l-10 snin, iqattgħu iżjed minn 3 sigħat online.
L-eks President ta’ Malta u ċ-Chairperson tal-Fondazzjoni għat-Tisħiħ tas-Soċjetà Marie Louise Coleiro Preca qalet li t-tfal qed isibu abbuż online kull ħin tal-ġurnata. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Gruma jinsab xxukkjat b’dawn iċ-ċifri.