Wieħed Mill-Iżgħar Dilettanti Tal-Festi Maltin U Kollezzjonist Jingħata Rigal Speċjali!

Il-paġna tal-Każin San Ġużepp u Banda De Rohan ippubblikaw żewġ ritratti mill-isbaħ ta’ żjara li għamel lis-soċjetà wieħed mill-iżgħar dilettanti tal-festi Maltin. Bħalissa dawn huma parti mill-identità li ħafna qed iħossu n-nuqqas tagħha, u allura tistgħu timmaġinaw x’ħerqa għandu dan it-tfajjel biex jirritornaw il-festi tagħna!

Mattia Muscat huwa wkoll kollezzjonist tar-rivisti tal-festi Maltin. Fil-fatt is-soċjetà preżentaw lil Mattia rigal mill-isbaħ li żgur ħa jgħożż, li jinkludi rivisti tal-festi Maltin. “Mattia huwa kollezzjonist tar-rivisti annwali li jippublikaw il-każini madwar Malta u għalhekk ma setax jonqos li nippreżentawlu rivisti mis-snin passati, kif ukoll flokk tas-soċjeta tagħna.” 

Hi xi ħaġa sabiħa li tara tant ħeġġa u spirtu pożittiv minn tifel ta’ età ċkejkna li tant japprezza il-kultura Maltija! Bravu Mattia! Prosit lil din is-soċjetà tal-ġest sabiħ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI