Illum 11 t’Awwissu 2021 u l-preżentaturi Wayne Aquilina u Clint Bajada xtaqu jfakkru l-anniversarju mill-bidu ta’ post fejn għallimhom ħafna u tant għandhom memorji prezzjużi.
“Kburi li 21 sena ilu, fl-1999 bdejt niġri fil-kurituri ta’ dawn l-istazzjonijiet u b’lealta’ assoluta għadni fi ħdan dawn l-istazzjonijiet li rawmuni u kabbruni”, jikteb Wayne. Clint isemmi li f’dawn it-tletin sena l-poplu Malti u Għawdxi kellu l-opportunità li jgawdi minn xandir bla waqfien, mużika, aħbarijiet, u aktar.
Fil-fatt dan kollu fi ħdan ONE Radio, li llum jagħlaq it-30 sena tiegħu. “ONE RADIO inħoloq biex jinforma, iferraħ, u jżomm kumpanija lill-familji Maltin u Għawdxin kollha. 30 sena ta’ xandir bla waqfien. 30 sena ta’ mużika, aħbarijiet, kultura, sport, u programmi għall-gosti ta’ kulħadd.”
Wayne ixerred anke ritratt mill-passat fejn fl-2019 preżenta maratona ta’ programm biex jiġu mfakkra l-25 sena mit-twaqqif tal-istazzjon televiżiv.
Awguri mill-qalb lit-tim kollu ta’ ONE Radio, u prosit kbira lil Clint u lil Wayne tal-ħidma professjonali tagħhom!
Clint jaqsam anke r-ritratt bl-ewwel żewġ preżentaturi li kienu l-vuċi ta’ Super ONE Radio 30 sena ilu.