“Wieħed Mill-Ewwel Ritratti Li Ħadna. Illum Niċċelebraw 11-il Sena Flimkien” – Il-Ministru Byron Camilleri F’Anniversarju Speċjali

Anniversarju

Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà, Riformi u Ugwaljanza Byron Camilleri qasam ritratt ma’ martu Salome hekk kif qed jiċċelebraw jum l-anniversarju minn meta bdew vjaġġ mill-isbaħ ta’ mħabba.

Il-koppja tista’ tgħid ilhom jafu lil xulxin aktar minn 11-il sena issa, għax kienu ltaqgħu fl-24 ta’ Mejju tal-2015. Huma qalu s-signor si f’Ġunju ta’ tliet snin ilu fil-knisja tal-Fgura.

“Wieħed mill-ewwel ritratti li ħadna. Illum niċċelebraw 11-il sena flimkien,” jikteb Byron. Qasam ritratt li jmur lura snin fil-bidu tar-relazzjoni tagħhom. Bosta kitbulhom kummenti biex jawgurawlhom.

Awguri mill-qalb f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI