“Wieħed Minn Ħafna Każijiet Fejn Qed Noħolqu Problemi Inutili Illi Nistgħu Faċilment Insolvuhom Bi Ftit Aktar Flessibilità” – L-MEP Alex Agius Saliba

Il-każ ta’ Rachel Umanah ġibed l-attenzjoni ta’ diversi persuni. Il-każ tagħha, hu wieħed minn għexirien ta’ nies li qed jaffaċċjaw l-istess sitwazzjoni. Meta persuna għandu residenza permanenti f’pajjiżna, għaliex il-kwarantina ma tistax issir ġewwa daru milli jrid iħallas għal-lukanda?

L-MEP Alex Agius Saliba qal, “Hija prerogattiva tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika illi timponi kwarantina obbligatorja lil dawk illi jkunu ġejjin minn pajjiżi fejn l-imxija tal-Covid-19 tkun waħda qawwija però nemmen illi s-sistema tal-Covid Hotels fejn dawk illi diġà għandhom residenza Malta qed jiġu mġgħiela jużaw bilfors dawn l-istess hotels hija xi ħaġa illi ma tagħmel l-ebda sens!”

L-MEP jżid, “Il-każ ta’ Rachel Umanah huwa wieħed minn ħafna każijiet fejn qed noħolqu problemi inutili illi nistgħu faċilment insolvuhom bi ftit aktar flessibilità. Flessibilità illi żgur mhu ser tweġġa’ lil ħadd!”



X’taħsbu intom?



Facebook / Alex Agius Saliba



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI