Il-preżentatur Ronald Vassallo, li narawh kull ġimgħa waqt AWLA, qasam messaġġ mill-isbaħ għal persuna speċjali f’ħajtu. Hu jikteb kelmtejn għall-għażiż ħuh Ryan, li qed jiċċelebra għeluq sninu.
Flimkien mal-messaġġ hu qasam ritratt tagħhom flimkien għall-okkażjoni.
“Wieħed u tletin. Jgħaddi ż-żmien. Niftakarna naqraw id-denfil flimkien. Issa nistennew ix-xagħar abjad joħroġ bil-kwiet. Awguri ħija. Nieklu xi ħaġa żejda llum iktar kemm niddejqu,” jikteb Ronald.
Bosta awguraw lil ħu Ronald l-isbaħ xewqat u anke kien hemm min ikkumplimentahom. Awguri mill-qalb!