X'Ġara Fl-Aħħar Episodju Ta' Division 7? Illejla Jkompli…

Wara nuqqas ta’ kważi xahar, illejla jirritorna t-tmien u l-aħħar staġun ta’ Division 7. Jekk insejt x’ġara fl-episodju li għadda mela dan l-artiklu ser iservik tajjeb biex tifriska l-memorja. Mortadellu jaħtaf lil Steve, għax kien qed jittantalu l-maħbub tiegħu iżda dan ma kien veru xejn! Anzi kien il-Pops stess li fiż-żmien li kien il-ħabs kien abbużah sesswalment. Renu l-grokk qabbad lil Brimbu biex joqtol ħabsi b’ordni ta’ xi ħadd imlaħħaq ħafna fil-politika.





In-Niċċa li bħalissa qiegħed il-ħabs irrid jeħles mid-Dondon u lest li jħallas flus kbar, iżda dan mhux waħdu anke l-Brimbu ordna lir-Renu l-Grokk biex lil dan itajjarlu rasu! In-niċċa diġa rnexxielu jeħles lil Rodrick li permezz ta’ żewġ persuni li għamluha ta’ pulizija spiċċa b’tir ġo moħħu u mrebbel f’barriera.

Vicky skoprejna li għadha ħajja, u bħalissa qed jieħu ħsiebha missierha fid-dar tiegħu, iżda ħadd ma jaf b’xejn! Franġisku qal b’kollox lil maħbuba tiegħu, qalilha bl-omiċidji kollha li wettaq u li kien qed iqabdu kollox il-monsinjur. Din ma tantx ħaditha tajjeb u kważi lanqas emnitu!

Hassan qed jibża’ li ser joqtluh wara dak li għamel u għalhekk qed ifittex il-komfor tiegħu f’Mark. Lil Mark peress li jaħdem fil-forensika beda jistaqsih diversi mistoqsijiet fuq kif taħbi persuna li għadek kemm qtilt, biex jara li żgur għamel dak kollu li jista’ biex jaħbi l-identita tiegħu fil-qtil ta’ martu. Amir mar fuq date mal-ex maħbuba tiegħu u omm ibnu, iżda din ma tridx taf bih u ma aċċettatx il-proposta tiegħu.

Sadanitant iben Amir qed ikollu ħafna ħin ma’ missieru u qed jiskopri ftit fuq min hu fil-verita. Illejla nkomplu niltaqgħu mal-karattri favoriti tagħna u niskopru aktar kif ser tiżvolġi din l-istorja. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI