Il-Familja Brown żgur li smajtu biha u forsi ltqajtu magħha wkoll jew kontu f’xi avveniment, u tpaxxejtu bil-mużika tagħha. Familja tal-artisti; f’dan il-każ, kif jidher fir-ritratt qed naraw lill-Maestro Joe Brown snin ilu. Kemm kont għadek żgħir Joe hawn!
U dik iċ-ċkejkna mhi ħadd ħlief Abigail Brown; pjanista brava f’pajjiżna. Abigail hija xi ftit mistħija u ma nieħdu xejn bi kbir li tibgħatilna “x’mistħija tellajtuni fuq Gwida!” Imma hija simpatika u dħulija kif ukoll saqajha mal-art. Dan jagħmilha hi min hi.

Ritratt: Facebook/ Abigail Brown
Aħna minn Gwida.mt nieħdu gost nippromovu u nxerrdu l-aspett spettakolari ta’ pajjiżna. Wara kollox huwa dak l-għan prinċipali ta’ Gwida.mt; pjattaforma wkoll lill-artisti tagħna u aħbarijiet dwar iċ-ċelebritajiet f’pajjiżna. Tkun għafsa ta’ qalb meta kumment negattiv iwaqqa’ l-ispirtu għaliex aħna nieħdu gost bl-artisti tagħna fiċ-ċokon tal-gżejjer tagħna. Għaliex le?
M’aħna xejn inqas minn pajjiżi oħra mhux hekk?!
Ritratt: Facebook/ Abigail Brown