Illum l-artist tat-tattoos Dylan Agius tkellem fuq kemm għad hawn attitudni negattiva lejn it-tattoos f’pajjiżna!
Hu leħħen din l-opinjoni permezz ta’ filmat li xerred mas-segwaċi tiegħu fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook. Fil-filmat, Dylan qal li fuq il-postijiet tax-xogħol m’għandniex nibqgħu nqisu persuni bit-tpinġija differenti minn dawk bla tpinġija għax persuna li jkun intelliġenti u ta’ rispett ikun hekk irrelevanti mit-tattoo tiegħu.
Għal Dylan, it-tattoo hi mod ieħor kif wieħed jista’ jesprimi ruħu permezz tal-arti. Għalhekk jaħseb li tkun xi tkun it-tpinġija, ħadd m’għandu jitqies jew jiġi trattat differenti minn persuni li m’għandhomx tattoos.
Intom taqblu miegħu?