Hekk kif TVM ħabbar l-iskeda li jmiss, ħafna kienu dawk li staqsew x’sar minnha d-drama popolari Ħbieb u Għedewwa li kienet tixxandar kuljum fit-3:00 ta’ waranofsinhar. Din is-sena ‘Ħbieb u Għedewwa’ mhux ser jixxandar. Kien hemm ħafna kummenti jikkumentaw fuq din id-deċiżjoni! Imma x’ġara eżatt?
Skont tweġibiet li kitbu t-tim tal-produzzjoni, TVM waqqaf dan is-serje popolari. Rewind Productions anzi jixtiequ ħafna li din id-drama jitkompla. Hemm ħafna każijiet li għadhom mhux solvuti bħal:
- Saviour ser jabeż jew le? Ser jibqa’ ħaj
- Għaliex John kien qed imur jgħati l-flus lis-sinjura?
- X’sar minnhom il-karratri bħal Winnie, Luca, John, Lina?
- Kif baqa’ Frankie?
- Ħbieb u Għedewwa sippost kellu jitkompla bit-tfal li kienu kibru, x’sar minnhom?
- Kif kienet ser tispiċċa l-istorja?
Dawn il-mistoqsijiet u ħafna aktar ser jibqgħu mistura? Jew ser inkunu nafu kif kien ser jispiċċa? Gwida.mt bagħat il-mistoqsijiet lit-tim tal-produzzjoni, jekk tixtieq li tistaqsi mistoqsija dwar din is-serje tista’ tibgħatilna messaġġ privat fuq Facebook.
Sadanitant minn nhar it-Tnejn tistu tgawdu serje oħra mil-isbaħ bl-isem ta’ Sorelle. Sorelle hija wkoll produzzjoni ta’ Rewind Productions u mit-trailer jidher li hi waħda professjonali għall-aħħar. Drama li ser jieħdu sehem ħafna atturi stabiliti bi storja interessanti u xeni interessanti ħafna!