Jidher li l-Ministru tal-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes u Adrian Delia nzertaw lil xulxin fl-istess post! Kollha nafu kemm hu dħuli il-Ministru u kemm iħobb jisoċċjalizza. U lil Adrian m’hemm għalfejn ngħid xejn fuqu – kulħadd iħobbu u jammirah ukoll.
Biex jiċċelebra l-festa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, il-Ministru ddeċieda li jżur it-Tabakku biex jixrob ftit birra, jiltaqa’ man-nies u jgħid kelma. U jidher li Adrian kellu l-istess ħsieb ukoll!
Ir-reazzjoni tal-Ministru fir-ritratt titkellem waħidha!
Facebook/Roderick Galdes