Ninsabu fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju u t-temp jidher li qed ikompli jisħon.
Fil-fatt għal-lum apparti riħ mill-Majjistral għall-Punent Majjistru u f’xi waqtiet temp imsaħħab, it-temperatura mistennija li tinżel sa 24 u titla’ sa 33. Fuq il-paġna It-Temp Madwarna, ġew imħabbra d-dettalji dwar it-temperatura għall-bidu tax-xahar id-dieħel. Mistenni li jkollna l-eqqel tas-sħana.
Fil-fatt f’Awwissu fl-ewwel parti tiegħu t-temperatura ser titla’ sa 35°C u possibilment aktar. Dan ifisser li jekk jinqabeż il-35°C, Awwissu jkun uffiċjalment aktar sħun minn Lulju.
Ħafna qed jgħidu li mhux se jkollna xita fix-xahar id-dieħel. Fil-kummenti għal ħafna jidher li kienet aħbar tajba. Oħrajn ma tantx qed jistennew bil-ħerqa li jħossu dik is-sħana kerha tas-sajf!