Lil Jürgen u lil Russel nafuhom mill-programm ta’ kull nhar ta’ Ħadd, Ħadd Għalik! Ta’ kull nhar ta’ Ħadd narawhom jagħtuna xi biċċa informazzjoni dwar suġġetti varji.
Bħalissa t-tim ta’ Ħadd Għalik ikun qed jipprepara għall-iskeda tax-xitwa. Iktar kmieni llum, it-tim ta’ Ħadd Għalik tellgħu ritratt fuq Facebook ta’ dawn it-tnejn fuq il-Great Wall of China! Apparti hekk, staqsew lis-segwaċi tagħhom sabiex jippruvaw jaqtgħu x’inhuma jagħmlu hemmhekk!
It-tim ta’ Ħadd Għalik ġagħluna naħsbu ftit! It-teorija tagħna hija li dawn it-tnejn qed jippreparaw xi kompetizzjoni…. bejniethom jew forsi bejn Mario u PJ? Tgħid tinvolvi t-taraġ? Min jaf! Nistennew u naraw! U int, x’taħseb?
Facebook / Ħadd Għalik