X’Inhuma L-Probabbiltajiet Għar-Riżultati Tas-Semi Finali Llejla?

Qabel kull wirja tal-Eurovision, isir tbassir dwar kif se jikkwalifikaw il-pajjiżi. Hekk kif illejla jixxandar it-tieni semi finali, saru xi predizzjonijiet ukoll.

It-tbassir tas-semi finali tat-Tlieta li għadda kienu kollha korretti ħlief għal pajjiż wieħed biss! Il-Kroazja kienet spekulata li tirbaħ minflok Iżrael, iżda ġara l-oppost.

10 mis-17-il pajjiż li se jikkompetu llejla se jintgħażlu biex jikkompetu fil-finali tas-Sibt. It-tbassir għal dawn l-10 huma: l-Iżvizzera, il-Bulgarija, l-Iżlanda, il-Greċja, il-Finlandja, San Marino, il-Portugall, is-Serbja, l-Albanija u l-Awstrija.

Dan ifisser li m’hemmx wisq fidi f’dawn il-pajjiżi: il-Moldova, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Latvja u l-Ġeorġja.

Iżda nkunu nafu fiċ-ċert illejla biss!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI