X'Jiġri Eżatt Jekk Student Jinstab Pożitiv Għall-Covid-19 Fil-Klassi?

Din hija t-tielet sena skolastika matul il-pandemija tal-Covid-19, l-ewwel waħda kienet laqtgħet lejn l-aħħar tliet xhur tas-sena skolastika, it-tieni waħda kienet is-sena skolastika kollha u din hija t-tielet waħda. Iżda wieħed ma tantx jaf wisq dwar id-dettalji tal-contact tracing fl-iskejjel.

Jidher li skont il-linji gwida ppubblikati qabel il-bidu tas-sena skolastika, l-awtoritajiet jidhru li għażlu li jsegwu protokolli maħruġa miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) f’rapport tekniku li kien ġie ippubblikat f’Lulju li għadda.

Id-dokument tal-awtoritajiet tas-saħħa jidħol fid-dettall dwar min għandu jiġi kkuntattjat meta student jiġi kkonfermat pożittiv għall-virus. Id-dokument jiddikjara li kif joħroġ riżultat pożittiv, il-ġenitur jew kustodju tal-istudent irrid jinforma mill-ewwel lill-iskola.

L-uffiċjal inkarigat għal dan ġeneralment ikun infurmat mit-tim tas-saħħa pubblika u l-iskola. It-timijiet tal-contact tracing tal-iskola mbagħad jagħtu bidu għal proċess biex jinfurmaw lil dawk li kienu f’kuntatt mill-qrib mal-individwu li nstab pożittiv.

L-ewwel pass jinvolvi li jiġi stabbilit jekk individwu kienx esponit għal riskju għoli li jkun ifisser li jkun ikklassifikat bħala kuntatt mill-qrib tal-persuna infettata filwaqt li l-oħrajn ikunu kklassifikati bħala li kellhom espożizzjoni baxxa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI