Matul id-dsatax-il episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 tkellmu dwar il-Forka u l-każ ta’ Ninu Xkora. Il-mistieden fil-panel se jkun l-awtur u storiku dwar il-kriminalità – Edward Attard.
Il-forka strument użat għall-eżekuzzjonijiet pubbliċi fil-Gżejjer Maltin, partikolarment matul il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u l-perjodu kolonjali Ingliż. Dawn l-eżekuzzjonijiet saru bħala forma ta’ piena kapitali għal diversi reati.

Għaldaqstant, segħtu seħħew każijiet li l-eżekuzzjoni kienet waħda misterjuża? Ilbieraħ fil-programm l-Inspjegabbli iddiskutew il-forka u l-każ kontroverjali ta’ Antonio Azzopardi, magħruf aħjar bħala Ninu Xkora li attwalment għad hawn spekulazzjoni dwaru.
Il-programm l-Inspjegabbli jkun ripetut il-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM u l-Ħadd fis-19:15 fuq TVM+. Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġa’ xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967.
L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, li jieħu ħsieb ukoll il-produzzjoni, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Flash Productions.