X'Miżuri Għandhom Jittieħdu Fuq Passiġieri Li Deħlin F'Malta Mir-Renju Unit?

Ilbiera wara nofsinhar, fuq il-paġna Gerald Fenech Covid19 News Updates, infetħet poll tistaqsi n-nies sabiex jgħaddu l-opinjoni tagħhom dwar x’għandu jiġri minn dawk il-passiġieri li deħlin mir-Renju Unit. Kif wieħed jaf, ir-Renju Unit hu wieħed mill-aktar pajjiżi infettati bil-Covid-19 u numru sostanzjali ta’ każijiet f’pajjiżna daħlu minn hemm fil-bidu tal-pandemija.





Il-paġna qed tistaqsi jekk għandux wieħed jippreżenta ċertifikat li juri li dak li jkun hu b’saħħtu jew inkella għandux isir test hawn Malta stess. Sa issa vvutaw aktar minn 3,200 persuna u l-maġġoranza assoluta jaqblu li għandu jsir test hawn Malta. Jidher biċ-ċar li kull min ivvota għandu fiduċja ikbar fis-sistema lokali u b’hekk ħadd ma jkun jista’ jqarraq bis-sistema.

Taqblu li jsir hekk intom?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI