Roberta Metsola, l-Ewroparlamentari kien waħda minn tal-ewwel li ferħet lil Neil Agius li għadu kif temm l-għawma ta’ ftit aktar minn 100 kilometru bejn Sqallija u Malta. Roberta tiddeskrivi l-għawma bħala, “Assolutament fenomenali. Għamilha – għawm għal aktar minn 100km bejn Sqallija u Malta f’ħin rekord. X’mument li nkunu kburin.”
Hi tkompli, “Grazzi Neil Agius talli ttajjar il-bandiera ta’ pajjiżna daqshekk għolja u talli tajt prova lil ġenerazzjoni li jekk taħdem biżżejjed, m’hemm xejn li ma tistax tagħmel. Issa ejja nagħmlu lil Malta l-ewwel nazzjon ħieles mis-single use plastic fl-Ewropa.”
Neil, f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlek kull suċċess u nirrigrazzjawk li għamilt din l-għawma biex tkompli tqajjem aktar u aktar għarfien. Tassew għamiltna kburin.
Aġġornat: Segwu x’kellu xi jgħid Neil hekk kif wasal f’Malta fl-ewwel kummenti tiegħu ma’ Cristian Muscat.