Skont il-profil tat-tabib Frank Portelli, illum mill-ġdid għandna nistennew ‘il fuq minn mitt każ pożittivi għall-Covid-19. Jidher li sfortunatament is-sitwazzjoni mhux qed titjieb kif forsi wieħed antiċipa meta ddaħħlu l-miżuri l-ġodda. Nittamaw biss li n-numri jibdew neżlin u jaqbdu dak ir-ritmu.
Skont il-paġna ta’ Gerald Fenech l-ammont ta’ każijiet pożittivi jitla’ għal madwar 137, iżda fost dawn taf hemm ukoll numru ta’ nies li kien ġa jafu li huma infettati bil-Covid-19 u għamlu t-test biex jaraw dan il-virus għadux fuqhom jew le. Nistennew u naraw in-numri uffiċjali li jiġu mħabbra mill-paġna Saħħa fin-12:30.