X’Qed Jagħmlu Versatile Brass F’Pariġi?

Versatile Brass hija band magħmula minn diversi mużiċisti professjonali. Joffru mużika vasta, bħal mużika Klassika, Pop, Jazz, Reggae, Rock n’ Roll, fost ħafna oħrajn.

F’dawn l-aħħar snin din il-band ħadet sehem f’diversi avvenimenti. Uħud mill-ħafna avvenimenti li ħadet sehem fihom huma Malta Sports Awards, President’s Awards, Farsons Great Beer Festival u fil-pjazza tal-Vatikan f’Ruma. U issa komplew iżidu ma’ din il-lista għax bħalissa jinsabu Pariġi!

View this post on Instagram

A post shared by Versatile Brass (@versatilebrass) on Sep 7, 2019 at 3:53am PDT

Illejla Versatile Brass se jkunu qed jagħtu wirja fl-ewwel tieġ li qatt ġie organizzat f’Disneyland! X’unur! Dan it-tieġ żgur li se jkun tal-ħolm! F’post tal-prinċipessi u mużika meraviljuża li tikkumplimenta din l-atmosfera impekkabbli!

Ninsabu ċerti li l-prestazzjoni li se tagħti din il-band lokali se tkun waħda eċċezzjonali! Nixtiequ ngħidu prosit kbira lil Maestro u lill-mużiċisti kollha ta’ dan il-band Maltija. F’isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Versatile Brass għal din l-avventura meraviljuża!

Facebook / Versatile Brass

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI