Il-Maltin għandna użanza ħelwa li tinżel tajjeb ma’ dak li jkun. Għal kull tip ta’ festin li norganizzaw arana sejrin b’xi rigal. Jekk hu għeluq snin xi ħadd jew xi anniversarju... insomma hi x’inhi l-okkażżjoni nixtru rigal.
Danita ta’ One Chick And A Yorkie, illum għandha festin fejn fih ħa jħabbru jekk hux ħa jkollhom tifel jew tifla. Hi qalet li għalkemm mhux qed tistenna rigali, taf li ħafna minn sħabha kienu ħa jiġu bir-rigali għal dan il-festin. Iżda hi għandha xewqa waħda... li minflok jaħsbu f’Puttinu Cares.
Ritratt: Facebook / One Chick And A Yorkie
Tgħid li affarijiet għat-tarbija diġà xtraw u ċerta li sa ma tasal ħa jkomplu jixtru ħafna u ħafna aktar affarijiet b’hekk m’hemmx bżonn ta’ rigali. Puttinu Cares għandhom bżonn is-sena kollha ta’ diversi affarijiet, speċjalment donazzjonijiet u jkun aktar għaqli li kieku l-familjari u sħabha jgħinu lil min hu fil-bżonn.
Tgħid li qed tagħmel dan mhux biex taqla l-prosit, imma għax verament temmen fil-ġest ta’ Puttinu Cares u l-bżonn li huma għandhom. Ikun ġest sabiħ li wieħed jieħu dan l-eżempju, imqar għal darba. Kull qatra tgħodd u hawn ħafna u ħafna għaqdiet li għandhom bżonn għajnuna. Nafu li mhux għal prosit Danita, imma prosit minn qalbna u nifirħulek għal din l-inizzjattiva.
Facebook / One Chick And A Yorkie