Wara l-aħbar li l-festi din is-sena ser ikunu qed isiru bil-kundizzjoni li jiġu mħarsa d-direttivi mogħtija mill-Kurja, bosta kienu li qajmu l-istess punti.
Apparti l-mijiet ta’ nies li qed jistaqsu jekk il-marċijiet hemmx ċans li jsiru wkoll, ħafna huma ddiżappuntati li l-Ewwel Tqarbina mhux ser issir bl-istess direttivi tal-festi. Ħafna sa staqsew lill-awtoritajiet direttament u oħrajn qegħdin anke jistaqsu lill-kappillan tar-raħal tagħhom dwar dan.
M’hemm l-ebda indikazzjoni ċara ta’ x’se jiġri iżda li huwa żgur hu li għaddejja kontroversja sħiħa u n-nies jidher li ser jibqgħu jwasslu l-oġġezzjonijiet tagħhom.
Instagram/ partydeco.eu