“X’Sorpriża Dik! Mument Ta’ Sodisfazzjon, Ferħ U Emozzjoni Għall-Familja Tagħna” – Bernard Grech

X’sorpriża dik! Hekk kif Neil ġabar iċ-ċertifikat tal-gradwazzjoni baqa’ ġej ħdejja biex naqsmu dan il-mument flimkien,” kiteb Bernard Grech fuq il-midja soċjali. Din is-sena bħala konsegwenza tal-pandemija, dawk kollha li jmisshom jigradwaw sfortunatament se jibqgħu mingħajr ċerimonja tal-gradwazzjoni – kemm jiġbru ċ-ċertifikat biss.





“Il-gradwazzjoni ta’ Neil hi mument ta’ sodisfazzjon, ferħ u emozzjoni għall-familja tagħna. Bħal kull ġenitur inħossuna kburin naraw lil uliedna, wara ħafna xogħol u sagrifiċċji, jirnexxu fil-ħolm tagħhom,” kompla jgħid Bernard.

“Nawgura minn qalbi lill-istudenti kollha li qegħdin jiggradwaw bħalissa, f’ċirkostanzi differenti mis-soltu minħabba l-pandemija. Lil dawk li ma irnexxilhomx jaslu llum, nagħmlilkom kuraġġ. Taqtgħux qalbkom.”

Facebook/Bernard Grech



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI