Fuq il-paġna tal-Facebook The Weather Page Malta ttellgħu żewġ ritratti li ttieħdu fl-istess ħin. Ritratt minnhom, meħud fin-naħa t’isfel ta’ Malta juri li għamlet ħalba xita filwaqt li fir-ritratt l-ieħor meħud fin-naħa ta’ fuq juri xemx tiżreċ u baħar trankwill.
“Għalhekk li aħna nenfasizzaw fuq it-terminu “iżolat” fit-tbassir tagħna u għaliex xi wħud jassumu li t-tbassir tagħna ma kienx korrett!” kitbu l-edituri tal-paġna.
Jidher li għal din il-ġimgħa, t-temp se jibqa’ b’din il-varjeta hekk kif hu mistenni kemm xemx u kemm xita fil-jiem li ġejjin. Jidher li fil-weekend qed tiġi mbassra xi maltempata hekk kif it-temperaturi huma mistennija jinżlu.
Facebook: The Malta Weather Page/Angele Gauci/Petra Magri Gatt