X'Tista' Tagħmel Biex Tara L-Kewkba Bix-Xuxa Int Ukoll? – Faċli Ħafna!

Fil-bidu tas-sena 2020, ġiet skoperta kewkba bix-xuxa ġdida, ħafna minnkom aktarx qed jistaqsu x’inhi eżatt kewkba bix-xuxa? Kewkba bix-xuxa hi frażi oħra għal kometa. Int ukoll tista’ tara din il-kometa mingħajr trombi jew teleskopji u tista’ tagħmel dan biss billi ssib il-pożizzjoni tagħha eżatt fis-sema u jkollok il-ħin indikat.





Il-paġna It-Temp Madwarna għamiltilna din il-biċċa xogħol faċli mmens għax tat struzzjonijiet ta’ kif wieħed jista’ jara din il-kometa. L-ewwel nett wieħed irid ikun qed iħares lejn in-naħa tal-Grieg il-Lvant fis-smewwiet u l-ħin ideali biex tagħmel dan hu kmieni qabel is-sebħ bejn l-4:30 u l-5:00 ta’ filgħodu.

Ovvjament jekk ikollok xi tromba żgħira, taf tgħinek xi ftit sabiex tara aktar ċar din l-iskoperta. Il-kometa jisimha Neowise magħrufa wkoll bl-isem xjentifiku tagħha C/2020 F3.

Facebook / Laura Alba



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI