Xena Impressjonanti Mill-Ajruport Malti Ftit Qabel Ma Telgħet Ix-Xemx Dalgħodu

Filmat li ttieħed mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu mill-eks parteċipant ta’ Love Island Malta Kyle Curmi ħalla lil bosta impressjonati hekk kif fih l-ajru jidher qed ikanġi fir-roża filwaqt li jikkuntrasta b’mod meraviljuż mas-sħab ikħal skur.

Mas-sit Lovin Malta, Kyle spjega li ħa dan ir-ritratt fis-6:00 bejn wieħed u ieħor waqt li kien qiegħed xift u kien qed jistenna l-passiġġieri jitilgħu fl-ajruplan.

L-eks parteċipant ta’ Love Island sostna li mhux l-ewwel darba li mill-ajruport Malti ra xeni simili iżda stqarr li qatt ma kienu impressjonanti daqs dawk li ra dalgħodu.







Ritratti:

Instagram / Kyle Curmi (@kyle.curmi)

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI