Il-paġna Malta, News, Photos & People qasmet ritratt meħud minn Josianne Azzopardi, ritratt tal-lukanda Verdala li bħalissa qed titwaqqa’. Dan żgur li jġib nostalġija lil ħafna nies li jiftakru din il-lukanda fi żmienha!
Il-lukanda tinsab fuq xifer u tul is-snin sarulha bidliet sinifikanti minn meta ġiet inawgurata fl-1971 bħala lukanda ta’ ħames stilel li kellha massimu ta’ 160 kamra tas-sodda. Il-lukanda waqfet topera fl-1997.
L-ispazju ta’ din il-lukanda mistenni jittieħed minn bini maqsum fi tliet blokki bi spazju aċċessibbli għall-pubbliku bejn kull blokka.
Hi tassew ħasra li qed titwaqqa’ iżda kull bidu għandu tmiem. Nittamaw biss li l-bini jkun sabiħ u li jagħmel ġieħ lil Rabat.
Facebook / Ghal min ihobb in 90’s f Malta – By DjChris Funkytown