“Xena Ta’ Dieqa” – Tinstab Balena Mejta Fuq Ix-Xatt Ta’ Kemmuna

Balena

It-tim tal-Wildlife Rescue ta’ Nature Trust – FEE Malta ħabbar li aktar kmieni dalgħodu ġie rrapportat każ ta’ balena mejta li spiċċat fuq ix-xatt ta’ Kemmuna.

L-awtoritajiet ġew infurmati mill-Environment & Resources Authority (ERA), u matul l-aħħar sigħat saru diversi valutazzjonijiet bejn it-tim tar-rescue, il-veterinarju Dr Gruppetta u l-ERA sabiex jiġi determinat l-aħjar mod kif titneħħa minn fuq il-post.

L-awtoritajiet appellaw lill-pubbliku biex iżomm distanza mill-balena. Huma spjegaw li f’dan l-istadju għadu mhux magħruf x’wassal għall-mewt tagħha.

Ġie spjegat ukoll li l-baleni huma mammiferi bħall-bnedmin u għalhekk jista’ jkun hemm kundizzjonijiet li jistgħu jinxterdu. It-timijiet involuti qed jaħdmu flimkien sabiex il-periklu jitneħħa mill-aktar fis possibbli.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI