Xena Tal-Waħx U Li Tqabbdek Il-Bard Quddiem Din Id-Dar

Fuq il-paġna Malta Screen Productions jittellgħu bosta xeni minn wara l-kwinti li jkunu nħaddmu għall-produzzjonijiet Maltin. Fosthom sibna din mis-sensiela Id-Dar Tas-Soru.

Din il-produzzjoni ta’ Mark Doneo li saret fl-2004, nibtet mnn storja ta’ Francis Ebejer. Fost l-atturi li nsibu huma Louise Doneo, Ray Abdilla u Godwin Scerri. Din ix-xena t’hawn taħt hi meħuda minn episodju numru 11. L-attriċi li għamlitha kellha bżonn kuraġġ kbir biex tagħmilha. Ir-ritratti juru l-koordinazzjoni li tħejjiet minn wara l-kwinti.





Veru għandna talent f’Malta u ħaqqu tassew prosit lit-tim kollu wara xena bħal din! Ta’ min ifakkar li Id-Dar Tas-Soru qiegħda terġa’ tintwera fuq il-kanal ta’ Youtube ta’ Mark Doneo kull nhar ta’ Ħamis. Tiftakarha din il-produzzjoni tant popolari? Ara aktar HAWN.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI