“X’Għamlilna L-Maltemp. L-Aqwa Li Ma Weġġa’ Ħadd. Iżda Ġarrabna Ħsara Fil-Bini.” – Inspire Malta Jitolbu L-Għajnuna!

Fuq il-mezzi soċjali tagħhom, Inspire Malta, qalu l-bini tagħhom ġie affettwat mill-maltemp. Huma kitbu, “X’għamlilna l-Maltemp. L-aqwa li ma weġġa’ ħadd. Iżda ġarrabna ħsara fil-bini. Uħud mill-ħsarat jeħtieġu xogħol urġenti biex nibqgħu noffru s-servizz mingħajr periklu.”

Huma jżidu, “L-Inspire għandha bżonnok. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek f’dan il-mument. Napprezzaw kull tip ta’ donazzjoni fuq 9910 0528 u napprezzaw li tixxerjaw dan il-messaġġ. Grazzi wisq. Nafukom biżżejjed.”

Antonello Gauci CEO tal-Inspire qal lis-sit tagħna Gwida.mt li l-ħsara kkawżata teħtieġ attenzjoni fuq l-waterproofing tas-soqfa, peress li jekk din ma tiġix indirizzata mill-ewwel tista’ twassal għal ħsara mix-xita u issir aktar ħsara f’parti tal-binja.

Jekk int tista’ tagħti daqqa t’id ċertament li tkun apprezzata. Inspire Malta jwettqu xogħol siewi mmens fil-komunità Maltija. Huma joffru numru ta’ servizzi u programmi maħduma kemm għat-tfal u anke għall-adulti li għandhom diżabbilità.

Wieħed jista’ jagħti l-għajnuna tiegħu billi jidħol f’dan is-sit: https://inspire.org.mt/donate/online-donation/







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI