“X’Ħin Ra Lill-Omm U Lil Bintha Jitħabtu Għal Ħajjithom Mal-Mewġ Fil-Maltemp, Mar Isalvahom” – Corinthia Group

Dalgħodu l-midja soċjali ġiet iddominata minn mijiet ta’ kummenti ta’ tifħir lejn l-att erojku ta’ Brian Micallef li nzerta kien xogħol f’lukanda fil-ħin meta omm u bintha sabu rwieħhom jiġġieldu għal ħajjithom wara li tela’ l-mewġ għalihom filwaqt li kienu qed jippassiġġaw ħdejn il-baħar f’ġurnata maħkuma mill-maltemp.

Issemma kif xi ħaddiema kienu pronti sejħu għall-għajnuna tal-emerġenza iżda meta Brian intebaħ bl-urġenza tas-sitwazzjoni, minkejja l-periklu li kien hemm, Brian b’kuraġġ ta’ sur intervjena u rnexxielu jtella’ lill-omm u lil bintha lura fuq ix-xatt.

Kienet il-lukanda Corinthia li qasmet din l-istorja ta’ Brian fuq il-midja soċjali fejn filwaqt li faħħret l-erojiżmu li wera f’mument ta’ daqstant tensjoni, saħqet li żgur li Brian qatt f’mitt qamar ma kien qed jistenna li dik il-ġurnata kienet se tiżvolġi b’dak il-mod.



Prosit lil Brian Micallef!





Ritratti:

Facebook / Corinthia Group u Facebook / Malta Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI