Il-kantant Ivan Grech sellem il-memorja ta’ wieħed mill-ħbieb tal-qalb tiegħu li ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem. Hu esprima kemm jien jaralu talent u qalb kbira, u apprezza l-memorji li għamel miegħu.
Fuq il-paġna tiegħu kitiblu, “Xi darba fil-passat, kelli l-pjaċir u l-unur li nkun f’banda jisimha Purple Haze, ma’ wieħed mill-iktar mużiċisti mżewwaq b’talent li qatt iltqajt miegħu b’mod ġenerali fil-vjaġġ umli mużikali tiegħi. Ġentlom ta’ veru, u għalliem għal ħafna.”
Żied jgħid, “Strieħ fil-paċi Steve Borg, inti tibqa’ ħaj, f’memorji ta’ deheb.”
Hu ppubblika wkoll ritratt minn dak iż-żmien, li jġeddidlu l-memorji, fejn Steve jidher idoqq il-kitarra.
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu tibqa’ f’qalbna għal dejjem.
Facebook / Ivan Grech