Ivan jaqsam memorja speċjali, memorja minn tnax-il sena ilu! Il-filmat li jaqsam Ivan ġie meħud waqt il-kunċert tal-band Winter Moods li sar fil-Valletta Waterfront fid-9 ta’ Lulju 2008. Għal dan il-kunċert attendew aktar minn 7,500 persuna.
Dan kien l-ikbar kunċert li qatt sar minn artist Malti u jitqies bħala l-lejl li Winter Moods tniżżlu fl-istorja. Ivan qasam il-filmat tal-kanzunetta Hang On To Your Smile u bil-kliem, “12-il sena llum ġara dan.” Dawk li kienu preżenti jistgħu jixhdu li kien hemm atmosfera tassew speċjali u kulħadd kellu serata mill-aqwa, bl-ifjen mużika lokali mill-band Winter Moods.
Grazzi Ivan li erġajt fakkartna f’dik il-lejla maġika fejn il-mużika emozzjonanti tagħkom kienet il-ħoss li baqa’ jidwi tul dak il-lejl.