Il-profili foloz mhux xi ħaġa ġdida, imma donnu dejjem jiġi attakkat personalità ġdida. Din id-darba kien imiss lil John Bundy. Xi ħadd uża ismu u ritratt tiegħu biex ħoloq profil falz.
John kiteb, “Xi ħadd qed juża r-ritratt tiegħi u anke ismi fuq l-kont ta’ Facebook falz. Dan għadu ma qatax qalbu jkellem lin-nies fuq messenger u jitlobhom id-dettalji tal-credit card.”
Hu kompla jispjega, “Taqgħux fin-nasba ta’ dawn il-ħallelin, oqogħdu attenti. Bilħaq, jien ħadt id-divorzju minn ma’ Jeff Baker.”
Tajjeb li wieħed jirrapporta lil dan il-profil sabiex Facebook jistgħu jieħdu azzjoni.
Facebook / John Bundy