Fi żminijiet bħal dawn, meta lokalita bħall-Belt Valletta tkun ippakkjata bin-nies, żgur li ser jiżdied il-ħmieġ. Ftit jaħsbu dwar il-battikata li kenniesa, cleaners eċċ jieħdu minħabba l-vandaliżmu li nwettqu.
Ir-ritratti t’hawn fuq juru l-Belt Valletta wara l-ewwel jum tal-Karnival. Xeħithom is-Sindku Alfred Zammit ftit ħin ilu flimkien ma’ messaġġ ta’ ringrazzjament u apprezzament lejn min ġab lil din il-Belt pinna. “Grati ħafna lejn il-ħaddiema tal-cleansing li jaqgħu taħt is-Segretarjat ta’ Deo Debattista”.
Bħala s-Sindku tal-Belt jinsab grat ħafna lejn il-fatt li dawn il-ħaddiema tant prezzjużi għalina lkoll “ma jieqfu qatt”.
Minn qalbna nirringrazzjaw lill-ħaddiema dedikati kollha li mingħajrhom ma jkollniex din l-indafa madwarna u nuru l-gratidnu lejhom tal-paċenzja kbira!