Xi Tfisser Il-Festa Ta’ Jum Il-Vitorja Ġewwa Malta U Għawdex?

Kulħadd jieħu gost b’festa pubblika, speċjalment meta din taħbat f’nofs il-ġimgħa. Iżda xi tfisser din il-festa?

Din il-festa tfallar il-ġrajja ta’ żewġ assedji li saru fuq il-gżejjer Maltin.

L-ewwel Assedju kien dak tal-1565 meta l-Ottomani li kienu qed jattakkaw lill-Birgu u lill-Isla rtiraw hekk kif raw reżistenza kbira u kienet waslet l-għajnuna minn Sqallija. 

It-tieni Assedju kien fit-Tieni Gwerra Dinija meta t-Taljani irtiraw u twaqqfu l-bumbardamenti min-naħa tagħhom fl-1943.

F’din il-ġurnata tiġi ċċelebrata l-kommemorazzjoni tat-twelid tal-Verġni Marija jew l-Bambina. Din il-festa tiġi ċċelebrata l-Isla, n-Naxxar, l-Mellieħa u x-Xagħra.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI