Permezz ta’ filmat fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg spjegat xi tfisser ir-riforma ‘Nagħtu t-Tieni Ċans.’
Bdiet billi qalet, “Din ir-riforma ħdimtha flimkien mal-kollega Ministru Jonathan Attard. Ir-riforma hija waħda sempliċi; li nagħtu t-tieni ċans lil min tassew ħaqqu. Dan ifisser li dawk il-persunli li jkunu skontaw is-sentenza tagħhom fil-ħabs, ikunu użaw il-ħin tagħhom sabiex tassew jirriabilitaw ruħhom. Ħaqqhom li meta joħorġu mill-ħabs isibu soċjeta li lesta taċċethom u jkunu jistgħu jsibu xogħol. U għaldaqstant, din ir-riforma hekk ser tkun qed tagħmel.”
Meta mistoqsiha jekk iċ-ċertifikat supplimentari hux ser jibqa’ validu għal dejjem, hi qalet, “Dan iċ-ċertifikat huwa pilastru ewlieni tar-riforma għaliex b’hekk ser inkunu qed noħorġu dan iċ-ċertifikat, illi jagħti elunku dwar il-persuna xi tkun għamlet bil-ħin tagħha waqt li kienet il-ħabs. Jiġifieri jekk kellix imġieba tajba, jekk għamlitx sforz biex titgħallem xi ħaġa ġdida, titgħallem xi ħila ġdida, tistudja. Meta dawn il-persuni jmorru biex japplikaw għal xogħol, mhux biss ikollhom il-kondotta illi sfortunatament qed ittik timbru, iżda dan iċ-ċertifikat ser jagħtik ukoll perspettiva aktar ċara dwar xi tfisser inti bħala persuna.”
X’ħin mistoqsiha jekk hux kull persuna li qed tiskonta sentenza tista’ tapplika għal dan iċ-ċertifikat supplimentari, fejn qalet, “kull persuna tista’ tapplika għal dan iċ-ċertifikat u dan huwa intiż ukoll bħala inċentiv biex persuna tiegħu aktar sforz biex tirrijabilita ruħha.”
Meta mistoqsiha jekk il-Fedina Penali u ċ-Ċertifikat tal-Kondotta hux ser jibqgħu validi, hi qalet, “Il-kondotta u l-Fedina penali mhux ser jitħassru u ser jibċgħu validissimi. Li qed nagħmlu b’din ir-riforma hu li nemendaw is-sistema sabiex tkun tista’ tirrifletti aħjar ir-realtajiet li qed ngħixu fihom.”
Facebook/Rebecca Buttigieg