Xjentisti Jwissu Dwar Il-Possibilità Ta' Problemi Ta' Mard Tal-Moħħ Marbuta Mal-Covid-19

Studju minn riċerkaturi fl-University College London (UCL) iddeskrivew 43 każ ta’ pazjenti bil-Covid-19 li sofrew disfunzjoni temporanja tal-moħħ, puplesiji, ħsara fin-nervituri jew effetti serji oħra fil-moħħ.

Ir-riċerka żżid ma’ studji riċenti li sabu wkoll li l-marda tista’ tagħmel ħsara lill-moħħ. Wieħed mix-xjentisti li mexxa dan l-istudju qal li għad irridu naraw fis-snin li ġejjin kemm din il-pandemija kellha effett. Dan seħħ ukoll mitt sena ilu meta kien hawn il-pandemija tal-influwenza.





Għalkemm il-Covid-19 hija fil-biċċa l-kbira marda respiratorja li taffettwa l-pulmuni, newroxjentisti u tobba speċjalizzati fil-moħħ jgħidu li evidenza emerġenti tal-impatt tagħha fuq il-moħħ hija ta’ tħassib.

Fl-istudju UCL, ippubblikat fil-ġurnal Brain, disa’ pazjenti li kellhom infjammazzjoni tal-moħħ sar magħruf li għandhom il-kondizzjoni rari msejħa acute disseminated encephalomyelitis(ADEM) li ġeneralment tidher fit-tfal u tista’ tiġi kkawżata minn infezzjonijiet virali.



It-tim qal li normalment jara madwar pazjent fix-xahar fil-klinika speċjalizzata tagħhom f’Londra, iżda dan tela’ għal mill-inqas pazjent f’ġimgħa fil-perjodu ta’ studju, xi ħaġa li huma ddeskrivew bħala “żieda li tikkonċernahom”.

Evidenza emerġenti enfasizzat il-ħtieġa għal studji kbar u dettaljati u ġbir ta’ informazzjoni globali biex tevalwa kemm kienu komuni tali komplikazzjonijiet newroloġiċi u psikjatriċi.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI