Il-paġna Xrobb l-Għaġin Nature Park and Wildlife Rehab Centre ippubblikat messaġġ ta’ ringrazzjament lil Eve, tifla żgħira li sabet fekruna li kellha bżonn l-għajnuna, u bis-saħħa tagħha din il-fekruna issa qed tirċievi l-għajnuna.
Kitbu, “Xuxu, fekruna loggerhead, ġie salvat ilbieraħ filgħaxija meta ratu tifla żgħira jisimha Eve. Waqt li kienet fuq id-dgħajsa mal-familja tagħha, Eve iddeċidiet li tmur tgħum fl-għaxra u nofs ta’ filgħaxija, meta rat lil Xuxu jitla għall-ilma taħt id-dgħajsa tagħhom. Eve malajr sejħet lill-familja tagħha li ndunaw li l-fekruna belgħet ħbula tas-sajd.”
Din il-familja mall-ewwel ċemplet lill-Wildlife Rescue Team u ltaqgħu mal-voluntiera. Issa Xuxu qiegħed Xrobb l-Għaġin jirkupra u jistenna X-ray. Għad baqa’ t-tama li jirnexxielu jirkupra sew.
Fuq il-paġna spjegaw li jekk naraw fekruna li għandha bżonn l-għajnuna, għandna nċemplu n-numru tal-emerġenza 9999 9505, il-voluntiera jkunu jafu x’għandhom jagħmlu minn hemm.
Prosit tassew lil Eve għaliex irnexxielha ssalva l-ħajja ta’ Xuxu!
Facebook / Xrobb L-Għaġin Nature Park and Wildlife Rehab Centre